Filmat: Jintefa’ jiżfen f’nofs it-traffiku fil-Marsa

Read in English.

Raġel li jidher li ddejjaq jistenna fil-karozza li fiha kien passiġġier minħabba t-traffiku kbir li nġema’ fit-triq, spiċċa ddeċieda li jinżel jiżfen f’nofs it-traffiku. Il-filmat jidher li ttieħed fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Filmat li qed idur fuq il-media soċjali juri lir-raġel jiżfen għall-kanzunetta Dance Monkey ta’ Tones and I li fl-aħħar xhur saret ferm popolari.

Kienu bosta dawk li kkummentaw fuq il-filmat oriġinali fuq Facebook imtella’ minn Luke Stevenson u qalu li r-raġel nisslilhom tbissima fuq wiċċhom.