Filmat: Jinsterqu 2 barbaġanni minn guva tal-FKNK fil-Buskett

Read in English.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qalet li nsterqu tnejn mill-ħames barbaġanni li għandha ġo guva fil-ġonna tal-Buskett.

Fi stqarrija, l-FKNK qalet li dalgħodu, il-persuna nkarigata biex tagħlef dawn l-għasafar, skopriet li saret xi ħsara biex persuna daħlet ġol-guva, fejn kien hemm żewġ barbaġanni neqsin. Dan ġara ftit tal-jiem biss wara li l-FKNK nediet it-tielet u l-aktar fażi importanti tal-Proġett tal-Barbaġann fil-Buskett.

L-FKNK għamlet rapport l-għassa tar-Rabat, fejn ġie ppreżentat filmat mill-kameras tas-sigurtà li hemm ġol-guva u bnadi oħra.

Il-federazzjoni appellat lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha lill-Pulizija.