Filmat: Jinstabu Pitbulls mormija fil-bajja ta’ Fomm ir-Riħ

Filmat xokkanti li ttella’ minn Animal Liberation Malta fuq Facebook juri ġisem immermer ta’ kelb tar-razza tal-Pitbull jitwassal fuq il-bajja ta’ Fomm ir-Riħ permezz tal-mewġ.

Il-filmat ittella’ propju fil-ġurnata internazzjonali għall-klieb u l-għaqda spjegat li kien hemm żewġ Pitbulls li nstabu f’dan l-istat. Sostniet li jinsabu inkwetati għall-mod kif instabu dawn il-klieb u rrimarkaw li hemm ċans kbir li spiċċaw f’dan l-istat wara abbuż ta’ xi ħadd krudili.

L-għaqda nsistiet li l-annimali hemm bżonn jiġu rrispettati aktar u li qed jittamaw li ż-żewġt iklieb ma mietux għalxejn, u li jservu ta’ eżempju sabiex issir il-bidla neċessarja fejn jidħlu d-drittijiet tal-annimali.

International dog day 2018

International dog's day 2018 was not a happy occasion for all of our furry friends. A couple of pitbulls were found at Fomm Ri-Rih bay, drowned in the same stretch of coastline, raising fears that these poor dogs met their fate at the hands of someone cruel. What is certain is that this country needs to appreciate its furry friends more. Let's hope that these two unfortunate souls did not die in vain. May their death be a rallying cry for change towards a more compassionate future..With Time For Change

Posted by Animal Liberation Malta on Sunday, August 26, 2018

Filmat: Animal Liberation Malta