Filmat: “Il-ġriewi tal-kaċċa li nstabu fil-Girgenti huma f’saħħithom”

Mara appellat fuq Facebook sabiex il-pubbliku jgħina ssib dar għal ħamest iġriewi tar-razza tal-kaċċa li ġew mormija f’kaxxa tal-kartun fil-Girgenti. Huma ġew skarikati mill-isptar tal-annimali u bħalissa jinsabu għand familja li qed iżżommhom sakemm tinstabilhom dar.

Fuq Facebook il-mara tellgħet numru ta’ ritratti u filmat tal-ġriewi. Spjegat li dawn il-klieb żgħar kienu fortunati li xi ħadd sema’ l-għajjat u l-biki tagħhom sabiex jiġu salvati. Għaldaqstant sostniet li żgur ħadd mhu se jikxef il-persuna li abbandunat lil dawn il-klieb, minkejja li hija faċli li jintgħarfu ta’ min kienu jekk dak li jkun huwa familjari magħhom.

Intant, il-blogger u attivista għall-annimali Alison Bezzina kitbet fuq Facebook li l-klieb kienu jinsabu fl-isptar veterinarju APH f’Ta’ Qali u sostniet li minkejja kollox jidhru li huma f’saħħithom. Sostniet li hemm bżonn li tinstabilhom dar malajr hekk kif hemm riskju li jekk dan ma jsirx, jispiċċaw iqattgħu ħajjithom f’gaġeġ mingħajr ċans jilgħabu u jitfissdu. Sostniet li din tkun ħajja li mhix ideali għalihom u lanqas sodisfaċenti.

Aktar tard ġie spjegat li l-ġriewi huma kollha maskili. Il-paġna ta’ Facebook Rescue is My Favourite Breed – Malta qalet li l-aġir irresponsabbli ta’ dawn il-persuni li abbandunawhom seta’ sewa ħajjet il-ġriewi.

Jekk tixtieq taddotta wieħed mill-ġriewi tista’ tibgħat messaġġ lill-paġna Rescue is My Favourite Breed – Malta għal aktar dettalji. Jekk forsi ma tistax taddotta ġeru, tista’ tgħin billi xxerred il-messaġġ.

Good evening my friends . Please please I need your help .just found a box with 5 puppies .they were Dumped in a Box , …

Posted by Max Ine on Tuesday, May 28, 2019

Meet the puppies!!😍💙🐾🥰The five little survivors have been discharged from the animal hospital and they are now in…

Posted by Rescued is my Favorite Breed – Malta on Wednesday, May 29, 2019