Filmat: Jinqaleb vann f’San Ġiljan; kien qed iġorr il-gass

Read in English.

Vann li kien qed iġorr xi ċilindri tal-gass inqaleb fi Triq Reġjonali f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ fl-inċident. L-inċident seħħ barra l-mini għall-10.45am. Parti miż-żona tar-roundabout tal-Kappara ngħalqet minħabba l-inċident.

Għadd ta’ pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), u tim mediku kienu fuq il-post.