Filmat: Attent jekk tara lil wieħed minn dawn ħdejn ir-residenza tiegħek

Tliet irġiel inqabdu minn kameras tas-sigurtà jippruvaw jidħlu f’residenza f’Ħal Balzan.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri l-mument li fih tliet irġiel pruvaw jisgassaw bieb ta’ residenza fis-satra tal-lejl fi Triq San Valentin.
Kull min ikollu xi informazzjoni jew jagħraf lil xi ħadd mill-irġiel għandu jikkuntattja l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Balzan.
Filmat: Noel Cesareo