Filmat: Jekk tara lil dan ir-raġel ċempel lill-Pulizija

Raġel inqabad mill-kameras tas-sigurtà f’ħanut fil-Pietà.

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri raġel jisraq prodotti minn fuq xkaffa ta’ ħanut u jitfagħhom taħt ħwejġu.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li s-serqa seħħet ilbieraħ f’ħanut fi Triq Qrajten għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-persuna li bdiet ixxerred il-filmat sostniet li din mhix l-ewwel darba li r-raġel seraq minn xi ħanut.

Skont Net News, dan huwa l-istess raġel li xerrdu filmati tiegħu jisraq l-alkoħol u prodotti oħra wkoll miġbuda minn kameras tas-sigurtà.

Jekk xi ħadd jagħraf lil dan ir-raġel għandu jagħmel kuntatt mal-Pulizija.

Filmat: Christine Xuereb – Facebook