Filmat: Jinkixef il-monument tal-Perit Mintoff

Ilbieraħ filgħaxija nkixef għall-ewwel darba l-monument ta’ l-eks-Prim Ministru Duminku Mintoff fi Pjazza Kastilja.
Fost id-diskorsi, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li Dom. Mintoff fetaħ il-bibien beraħ għall-Gżejjer Maltin u għalhekk qed tiġi onorata l-memorja tiegħu.
Spjega li l-monument se jkun qed jitpoġġa viċin żewġ monumenti oħra ta’ personaġġi li Mintoff ma kienx jaqbel magħhom madanakollu dejjem ġabilhom rispett.
Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici qal li minkejja li persuni tamparu u iżgħar minnu forsi ma jiftakrux iż-żminijiet meta l-Perit Mintoff kien imexxi lil Malta, kulħadd jaf bil-legat li ħalla warajh.
Irrimarka kif is-serata tal-bieraħ ma kinitx waħda ta’ fanatiżmu iżda kienet waħda li tonora lil xi ħadd li ħadem b’mod sħiħ għal pajjiżu.
Preżenti wkoll kien hemm il-Patri Dumnikan Mark Montebello li sostna kif Mintoff kien politikant li ta l-vuċi lill-persuni l-aktar vulnerabbli u għamel mezz li l-ġid jilħaq il-livelli kollha tas-soċjetà.
Spjega li Mintoff kien dak li għamilha possibbli li l-poplu Malti u Għawdxi jkun kburi bih inniffsu.
Min-naħa tagħha, il-Pro Rettur fl-Università ta’ Malta, il-Professur Carmen Sammut semmiet kif Mintoff se jibqa’ rrikonoxxut bħala dak li ħadem favur id-demokrazija u ssielet għal bosta riformi bħall-paga minima, edukazzjoni b’xejn, sptar b’xejn u benefiċċji soċjali.
L-istatwa hija għolja 2.5 metri u ġiet magħmula mill-bronż mill-iskultur Noel Galea Bason.