Filmat: Jinħeba wara l-bring-in site u taqbdu l-kamera

Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ippublika filmat ta’ nies jarmu b’mod illegali ħdejn il-kontenituri tar-riċiklaġġ, b’wieħed minnhom anke jaqdi l-bżonnijiet tiegħu.
Minkejja li għal xi wħud dawn servew ta' paraventu, inqabdu xorta mill-kameras tas-sigurtà.
Fuq Facebook il-kunsill qal li qed jgħaddi l-filmati lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni kontra l-persuni konċernati.
Appella wkoll lil dawk kollha li jsegwuh fuq Facebook biex ixerrdu l-filmat biex jgħinu ħalli jiefqu l-illegalijiet u n-Naxxar jinżamm nadif.