Read in English.
Il-kumpanija Virtu Ferries tat it-tieni trailer tagħha bħala donazzjoni lil Caritas. Dan it-trailor jinkludi affarijiet tal-ikel ippakjati.
Il-Caritas se tkun qed tqassam dan l-ikel lill-familji fil-bżonn matul żmien il-Milied. Dan l-ikel se jkun qiegħed jitqassam kemm lill-paroċċi f’Malta u Għawdex kif ukoll lill-entitajiet li jaħdmu fi ħdan id-djoċesi.
It-trailer wasal Malta abbord il-katamaran San Ġwanni Pawlu II l-Erbgħa filgħodu.
Il-kumpanija Virtu Ferries tixtieq tawgura lill-voluntiera tal-Caritas, Milied hieni u mimli paċi u esprimiet ir-ringrazzjament tagħha għall-ħaddiema fil-Ministeru u d-dipartiment tas-Saħħa għad-dedikazzjoni tagħhom biex tkompli tiġi miġġielda din il-pandemija.
Filmat u editjar: Miguela Xuereb