Filmat: Jingħaddu l-muniti miġbura għall-Istrina

Diġà nġabru eluf ta’ muniti għall-ġbir ta’ fondi tal-Istrina, hekk kif illum sar l-għadd tal-muniti fil-kwartieri tal-BOV, fil-preżenza tas-Sur Edgar Preca.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Bank Mario Mallia qal li minkejja li l-BOV hija kumpanija privata, saret tkun ħerqana biex tgħin f’din l-inizjattiva ta’ kull sena, primarjament billi tqassam il-krares fl-iskejjel biex it-tfal ukoll ifaddlu xi ħaġa għal dawk inqas ixxurtjati minnhom.

Mallia appella lill-pubbliku biex fis-26 ta’ Diċembru jagħti li jista’ waqt il-ġbir ta’ fondi, fejn is-somma totali tal-muniti se tiġi ppreżentata lill-President Marie-Louise Coleiro Preca, fl-aħħar esperjenza tagħha tal-Istrina bħala President ta’ Malta.