Filmat: Jingannaw lil tal-ħwienet biex jisirqu €50

Żewġ persuni Taljani qed iduru l-ħwienet fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar biex jisirqu b’mod mill-aktar qarrieqi.
Il-metodu li jużaw huwa wieħed strutturat b’tali mod li ż-żewġ ħallelin joħorġu mill-ħanut b’€50 aktar. Dan billi bl-aktar mod sottili, iħawdu l-bqija tal-€100 li jkunu ħallsu għal xi ħaġa li tiswa’ ammont ferm inqas.
Dawk is-sidien tal-ħwienet li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-ewwel ma kienu qed josservaw kien raġel li jmur jixtri u biex iħallas joħroġ karta ta’ €100.
Wara jiġi raġel ieħor jixtri xi ħaġa u jħallas b’€50.
Tal-ħanut jagħtih lura l-bqija iżda b’xi mod, it-tieni raġel ikun irid iġib il-karta ta’ €100 lura.
Biex jagħmel dan, jitlob lil tal-ħanut biex isarraflu u jtih dik il-karta tal-mija li għandu fil-cash tal-ħanut.
Billi jibqa’ iħawwad fil-flus, il-persuna li qed tixtri tieħu l-karta tal-ħamsin lura, iżżid il-bqija magħha biex tal-ħanut itih il-karta tal-€100.
Tal-ħanut, mingħajr ma jrid jispiċċa jtih il-karta bil-flus imsarrfa u ż-żewġ Taljani joħorġu mill-ħanut b’€50 minn fuq.