Ġabra rekord fil-maratona ta' 103 għad-Dar ta ProvidenzaPosted by Newsbook.com.mt on Thursday, December 31, 2020
Fil-maratona ta’ 30 siegħa tal-istazzjon 103 Malta’s Heart, inġabru €32,441. Il-flus li nġabru qabżu sew is-somma tas-sena li għaddiet, li kienet €12,710.
Il-maratona kienet ippreżentata minn Arthur Caruana flimkien ma’ Ron Briffa, Ian Busuttil Naudi u Jes Saliba.
F’intervista ma’ Fr Joe Borg ftit wara li ntlaħqet is-somma rekord, Arthur qal li ma kinux qed jistennew li se jaqbżu s-somma tas-sena li għaddiet b’daqshekk. Il-preżentaturi kollha wrew sodisfazzjon kbir b’dan is-suċċess b’risq ir-residenti tad-Dar tal-Providenza.
Ikkontribwew diversi nies, uħud b’messaġġi u appelli għad-donazzjonijiet, oħrajn b’divertiment.
Fosthom kien hemm l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof t’Għawdex Anton Teuma, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi, Fr Martin Micallef li jmexxi d-Dar tal-Providenza, u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci.
Għadek tista’ tgħin…
- Ċempel fuq 5160 2012 biex tagħti donazzjoni ta’ €10 (VO 1066)
- Ċempel fuq 5180 2014 biex tagħti donazzjoni ta’ €25 (VO 1066)
- Ibgħat SMS fuq 5061 8922 biex tagħti donazzjoni ta’ €7 (VO 1066)