Filmat: Jimbuttah f’postu għax ipparkja ħażin

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=aZX_etA8I-Y]

Xufier irrabjat ta’ Jeep iddeċieda li jagħti lezzjoni lil sid ta’ BMW.
Il-karozza vojta kienet qed tieħu spazju ta’ żewġ karozzi f’parkeġġ.
Il-filmat, li mhux magħruf fejn inġibed, juri kif ix-xufier tal-Jeep solva s-sitwazzjoni.
Jidher isuq għal fuq il-ġenb tal-karozza u jimbottaha sa ma tiġi fil-linji l-bojod.
Din l-azzjoni estrema ħalliet marka fuq il-bieba tal-karozza. Ix-xufier tal-Jeep imbagħad baqa’ sejjer minn fuq il-post.