Filmat: Jilqgħu kull sfida b’mod impekkabbli

F.A.I.T.H (Five are in the House) huma l-ħames grupp f’dan ir-raba’ live show ta’ X Factor Malta. Il-wirja tagħhom ġiet deskritta bħala eċċezzjonali.

Huma taw ħajja ġdida għall-kanzunetta popolari Candyman, li għaliha kienu akkumpanjati mill-Big Band Brothers immexxija mis-surmast Alex Bezzina.

“Five are in the House (bħala riferenza għal xix ifissru l-inizjali) u dawn il-5 qegħdin hawn biex jibqgħu,” ikkummentat Alexandra.

Min-naħa tagħha Ira kkummentat li dawn it-tfajliet għamndhom vuċijiet mill-aqwa filwaqt li Howard Keith ikkummenta li dawn il-ħames tfajliet jilqgħu kull sfida b’mod impekkabbli.

In-numru tat-televoting abbinat ma’ F.A.I.T.H huwa 50615505.