Filmat: Jilagħbu l-volleyball bilqiegħda mal-art

Waslet fi tmiemha sessjoni ta' taħriġ partikolari fid-Dar tal-Providenza, relatata mal-maratona tal-volleyball, bl-atleti qed jilagħbu l-volleyball bilqiegħda mal-art, bil-għan li jidħlu iktar fil-maratona u jiftakru għal min qed jilagħbu.
Jesmond Saliba, wieħed mill-membri tal-bord tad-Dar tal-Providenza u wieħed mill-organizzaturi tal-maratona tal-volleyball, qal ma’ Newsbook.com.mt li din l-esperjenza mhux biss tagħti promozzjoni lill-isport iżda turi l-abilità ta’ persuni b’abilitajiet differenti.
Il-preparazzjoni atletika għal din is-sena hija f'idejn Silvan Gauci li spjega kif issa s-selezzjoni ta' 40 parteċipant hija konkluża.
Din hi l-ewwel darba li l-volleyball qiegħed jintlagħab b’dan il-mod bi preparazzjoni għall-maratona.
Il-Maratona tal-volleyball b'risq id-Dar tal-Providenza se ssir bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġej.