Filmat: jiġbru xkejjer ta’ żibel minn San Pawl il-Baħar

Facebook

Numru ta’ voluntiera wettqu tindifa lbieraħ fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, viċin lukanda fil-Qawra.

Vidjow li ġie ppubblikat fuq Facebook juri l-ammont sostanzjali ta’ żibel li nġabar fi ftit ħin, u l-voluntiera rrimarkaw li bosta minn dan iż-żiebel oriġina mill-bring-in site li hemm fil-post.

Huma ilmentaw dwar il-fatt li l-bring-in sites qed jitħallew fi stat ta’ abbandun u ħafna drabi ż-żibel qed jimla ż-żona tal-madwar.