Filmat: Jiġbdu bowser u jgħaffeġ taġen għal Puttinu Cares

Mr Cool u Tony Farrugia ngħaqdu flimkien biex jgħinu l-Puttinu Cares.
F’Ħaż-Żebbuġ it-tnejn li huma ġibdu bowser, b’Tony Farrugia refa’ magna tal-ħasil u għaffeġ taġen ukoll.
Din l-attività saret b’risq Puttinu Cares, li taħdem biex tgħin diversi familji li għandhom il-qraba morda bil-kanċer.
Fil-jiem li għaddew il-Kap Eżekuttiv ta’ Puttinu Cares, Rennie Zerafa kien spjega li qed ifittxu lil xi ħadd li jista’ jgħinhom biex isibu post tajjeb fiċ-ċentru ta’ Londra sabiex jibnu l-appartamenti.
Għaldaqstant Puttinu Cares qed idur fuqek biex tgħinu jsib lokalità tajba fejn jista’ jibni l-appartamenti. Jekk inti tista’ tgħin tista’ titkellem ma’ Puttinu Cares billi tibgħat email.
 
Filmat u ritratt: Facebook: Tony Farrugia