Filmat: “Jiena se niddefendi lil Malta mhux lil Konrad Mizzi” – Metsola

Il-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li se tgħażel li tiddefendi lil Malta u mhux lill-Ministru Konrad Mizzi fil-PE.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-PE, Metsola qalet li tħares lejn id-dħul ta’ Malta fl-UE u l-proġetti ta’ standards għoljin li saru bħala suċċess kbir. Qalet li dawk li jivvotawla se jkunu qed jivvotaw għal ambjent aħjar u opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Spejgat li se taħdem biex ma tinbidilx is-sistema tat-tassazzjoni f’Malta.

Metsola qalet li meta ġiet ippreżentata b’rapporti favur l-abort fil-PE, hi ivvutat kontrihom. Fakkret ukoll li ħadmet fuq liġi għat-tisħiħ tal-fruntieri esterni tal-UE.

Aktar aħbarijiet mill-kampanja elettorali minn hawn.