​Filmat: “Jiena Daphne” mill-Indja, l-Istati Uniti, l-Italja u l-Kanada

Filmat li tħejja minn Andrew Galea juri numru ta’ persuni minn-pajjiżi differenti jesprimu solidarjetà mal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.
Galea rċieva sottomissjonijiet minn Malta, l-Italja, il-Ġermanja, Franza, Spanja, il-Portugal, is-Serbja, l-Iżvezja, il-Polonja, il-Greċja, il-Kanada, l-Istati Uniti, l-Irlanda, l-Iskozja, l-Ingilterra, l-Uganda, il-Jordan, il-Vjetnam, u l-Indja.
Skont Galea, Daphne għamlet żewġ ‘żballji’ matul ħajjitha. Qal li kienet mara li ma kinitx tigdem ilsiena u li kienet ġurnalista investigattiva mill-aqwa.
Huwa qal li għajnejn id-dinja qegħdin fuq il-Gvern Malti u dawk li jappoġġjawh li qed jintimidaw lill-kritiċi tiegħu.