Filmat: “Jien u Rosabelle ħbieb imma xi ħadd ried jirbaħ” – Neil Attard

Is-Sindku l-ġdid tax-Xgħajra Neil Attard qal li hu ħbieb ma’ Rosabelle Pulis, li kisbet it-tieni l-iżjed voti warajh, iżda xi ħadd kellu jiġi fuq quddiem.

Attard, li ħareġ f’isem il-Partit Laburista, wiegħed lix-Xgħajrin li dan ir-riżultat beħsiebu jsarrfu f’xogħol mal-kunsilliera sħabu. Huwa rringrazzja lil kull min appoġġjah tul il-kampanja tiegħu u ma’ kull min iltaqa’.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Illum l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u jintemm illum, bl-aħħar 23 lokalità. Illum, il-voti li qed jingħaddu huma dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.