Filmat: “Jien u Neil qed naħdmu fuq proġett flimkien” – Lara

Il-mistiedna f’din l-edizzjoni ta’ Let’s Chat hi Lara Azzoaprdi li tkellem fuq kif dan l-aħħar sabet qattus żgħir li miet wara jumejn. Hi titkellem ukoll fuq l-imħabba li għandha lejn l-annimali kif ukoll dwar il-karriera tal-kant li hija kellha qabel ma bdiet tagħmilha ta attriċi.

Lara titkellem ukoll dwar kif evolviet il-karriera tagħha fid-drama lokali proprju fi żmien meta fuq it-televiżjoni loakli qed jintwerew tlett sensiliet li fihom hi kellha l-parti ewlenija: Ġiżelle, li kienet l-ewwel esperjenza tagħha, kif ukoll Iċ-Ċaqqufa li damet għaddejja tlett snin kif ukoll l-aktar waħda riċenti Game Over.

Matul din l-intervista Lara titkellem ukoll dwar kif is-sitwazzjoni preżenti effettwatilha l-ħajja tagħha kif ukoll dwar xi proġetti li qed taħdem fuqhom, fosthom wieħed mal-maħbub tagħha, il-kok Neil Darmanin.

Segwi l-intervista sħiħa permezz tal-filmat.