Filmat: Jien u int flimkien għad-Dar tal-Providenza

Jien u Int Flimkien, kliem ta’ Rita Pace hija kanzunetta b’għan li tgħin biex jinġabru fondi għad-Dar Tal-Providenza.

L-idea nibtet waqt il-lockdown meta Adrian, missier il-kantanta Amber Grace, iddeċieda li flimkien mal-awtriċi Rita Pace u l-kompożitur u producer Marco Debono, tinħoloq kanzunetta għal dan l-iskop.

Huwa avviċina lill-kantawtriċi Rita Pace biex takkompanja lil Amber bħala kantanta u b’hekk ħareġ dan id-dwett.

L-idea hi li din id-dar teħtieġ fondi kbar is-sena kollha mhux biss fil-festi biex tkun tista’ tagħmel ix-xogħol tagħha mar-residenti u l-kanzunetta appuntu tħeġġeġ lis-semmiegħ biex jgħin għax dan dmir u missjoni ta’ kulħadd.

Għalkemm iż-żmien huwa diffiċli minħabba l-pandemija, ix-xogħol ma ħutna r-residenti irid jibqa’ għaddej.

Kulħadd ħadem b’mod volontarju inkluż John McKay li offra bi ħġaru li jiġbed u jeditja il-vidjo ta’ din il-kanzunetta. It-tim sab għajnuna kbira wkoll mingħand Dominic Grech, is-Sindku tas-Siġġiewi li appoġġa dan il-proġett u Fr Martin li ta aċċess biex jiġu ffilmjati xeni fid-Dar tal-Providenza stess.

Jekk tixtieq tappoġġja l-inizjattiva ta’ Amber Grace u Rita Pace, tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek lid-Dar tal-Providenza fuq dawn in-numri:

Dar-tal-Providenza