Filmat: “Jien naqta’ x-xagħar tiegħi stess” – Dav. Jr

Dav. Jr daħal għall-auditions b’kanzunetta li ktieb huwa stess. Iddeskriva din id-diska bħala kanzunetta li għaddiet minn ħafna fażijiet. Howard kien iddeskrivih bħala wieħed li għandu l-ingredjenti kollha għal X Factor.

Meta keinu fil-Bootcamp Ira kienet terqitlu qalbu meta ħallietu għall-aħħar biex tinfurmah li kien għadda għall-fażi li jmiss.

Dwar il-fatt li Ray Mercieca huwa l-mentortal-grupp, Dav. Jr jiddeskrivi lil Ray bħala dak “iz-ziju li jimbuttak”.

Hu żvela wkoll li ma jmur jaqta’ xagħru għand ħadd għax kien jiddejjaq li jġibuh jidher iktar qisu tfajla milli ġuvni.

Meta kien fis-Six Chair Challenge jgħid li dak inhar kien ħa żball u baqa’ jinnuttah sla-lum.

Meta ħa sehem fi-Judges Houses, bħall-oħrajn kellu jistenni għar-riżultat. Kien it-tieni wieħed li Ray kellem u ma kienx jaf jekk ta’ qablu għaddhiex, pero issa nafu wkoll li għaddha.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com