Filmat: “Jien mhu qed ngħatti lil ħadd” – Farrugia

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia sostna li huwa mhu qed jgħatti lil ħadd fil-każ tal-qtil tar-raġel mill-Kosta tal-Ivorju, Lassana Cisse Souleymane. Huwa qal dan meta ġie mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar jekk hux se tintrefa’ r-responsabbiltà politika. Farrugia żied jgħid li huwa ta l-għodda kollha lill-Korp tal-Pulizija biex jagħmlu l-investigazzjonijiet meħtieġa.

AQRA: ‘Kien diġà fl-Armata meta kellu każ pendenti kontrih’ – FAM

AQRA: Filmat: Qtil ĦalFar: Qatt ma smajt argumenti biex tintrefa’ responsabbiltà politika – PM

AQRA: Aġġornata (2):Iwieġbu mhux ħatja s-suldati akkużati bil-qtil f’Ħal Far

Responsabbiltà politika jekk inkun bgħatthom jien – Farrugia

Il-Ministru Farrugia stqarr li pajjiż b’rispett lejn il-liġi (is-saltna tad-dritt), jitlob li l-investigazzjonijiet isiru kollha mingħajr ma wieħed iħares lejn l-uċuħ. Huwa kompla jsostni li dawn il-persuni jitressqu l-Qorti fejn jiġi deċiż il-każ.

Dr Farrugia stqarr ii r-responsabbilità politika tfisser li wieħed ikun responsabbli f’każ li jkun bagħat hu stess lil xi ħadd biex jagħmel xi ħaġa. Kompla jgħid li hekk biss kien ikun responsabbli għall-azzjonijiet taż-żewġ akkużati.

Il-Ministru Farrugia irrefera għall-każ ta’ Mamadou Kamara, raġel mill-Mali li kien miet f’vann tad-detenzjoni wara li ġie arrestat, hekk kif kien għadu kif ħarab miċ-Ċentru tad-Detenzjoni fl-2012. Farrugia saħaq li l-persuni kienu fil-Forzi Armati ta’ Malta u kienu tressqu quddiem il-Qorti.

Dwar il-każ ta’ Cisse, Farrugia kompla jgħid li l-att kriminali ma seħħx minħabba li l-persuni ntbagħatu jagħmlu xi ħaġa iżda wettqu dan ir-reat minn rajhom.

Meta kien imfakkar dwar ir-riżenji minn Ministri, ta’ Anġlu Farrugia, Michael Falzon u Manuel Mallia, Farrugia stqarr li ‘qed jitħalltu affarijiet m’oħra’ filwaqt li sostna li ma jaqbilx mal-ġurnalista.

AQRA: AĠĠORNATA: Id-deputat mexxej tal-Partit LaburistaAnġlu Farrugia jirriżenja mill-kariga

AQRA: Jirriżenja Michael Falzon postu se tieħdu Deborah Schembri

AQRA: Aġġornata:Carmelo Abela jinħatar Ministru flok Manuel Mallia

Stqarr li jaf meta għandu jieħu deċiżjoni u meta huwa politikament responsabbli u reġa’ sostna li dan ikun il-każ meta jkun bagħat hu, wettaq hu jew inkella riżultat ta’ xi ħaġa li għamel hu.

Għall-mistoqsija ta’ Newsbook.com.mt dwar x’tip ta’ testijiet isiru lill-uffiċjali qabel ma jidħlu fl-armata, Farrugia semma l-abbużi sesswali  mill-kleru, u li Isqof jirriżenja biss f’każ li jkun prova jgħatti.

L-għassa ta’ Bormla tiġi inawgurata wara rinovar

Il-Ministru Farrugia u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar inawgura l-għassa tal-Pulizija f’Bormla wara li ġiet rinovata. Il-Kummissarju Cutajar qal li l-għassa hija mwassma fuq 3 sulari u fija medda ta’ 252 metri kwadri, fejn tkopri kamra fejn is-surġenti jistgħu jkellmu l-membri tal-pubbliku f’aktar privatezza.