Filmat: “Se nkompli nkanta sakemm ikolli s-saħħa” – Ira Losco

Read in English.

Il-personalità li Coryse Borg qed tintervista din il-ġimgħa tixtieq tistieden lil John Lennon għall-ikel u jkollhom diskursata kbira.

Il-programm favorit tagħha huwa Friends

Temmen li kieku kellha tkun accountant, xejn ma’ kienet tfendi f’dan il-qasam.

Kull ġimgħa Coryse Borg permezz tal-verżjoni bl-Ingliż tas-sit newsbook.com.mt/en/ twassal intervista ma’ personalità fuq it-TD Plus bus. Il-mistoqsijiet ivarjaw minn “liema hu l-impjieg tal-ħolm tiegħek?” sa’ “liema hu l-agħar ħaġa li tista’ titfa’ f’piñata?”

Bla dubju irrealizzajtu li l-personalità ta’ din il-ġimgħa hija Ira Losco. Segwi l-intervista sħiħa fil-vidjow li ssibu f’din il-paġna.

Il-ġimgħa l-oħra l-mistieden ta’ Coryse kien l-attur u preżentatur Kevin Naudi. Agħfas hawn biex tkun tista’ ssegwi l-intervista li saret miegħu.

Filming: Miguela Xuereb

Muntaġġ: Coryse Borg

Mużika: www.bensounds.com

Ħajr lil Malta Public Transport u s-sewwieqa tad-TD Plus Josette, Frankie u John.