Filmat: “Jien kont ħażin imma hemm min jinsab agħar minni” – Zanicchi

“Ninsab ftit aħjar iżda mhux kollox ward u żahar. Imma l-arja tad-dar tagħmilli tajjeb,” hekk ikkummentat il-kantanta popolari Taljana Iva Zanicchi hekk kif ftit tal-ħin ilu nħarġet mill-isptar fejn ilha għal dawn l-aħħar tmien t’ijiem wara kumplikazzjoni fil-pulmun waqt li kienet kwarantina d-dar minħabba li sar magħruf li kellha l-coronavirus.

“Ninsab aħjar u bil-mod il-mod se nirkupra. Iżda tiċċajtawx. Oqogħodu attenti,” ikkummentat hi.

Permezz ta’ filmat fuq l-instagram tagħha, il-kantanta ta’ 80 sena tidher imdawwra mal-istaff mediku li hija rringrazzjat u qalet li mhux biss huma eroj iżda professjonisti.

“Jien kont ħażin imma hemm min jinsab agħar minni,” kompliet tgħid hi.

Dan huwa l-filmat sħiħ li hija għamlet qabel telqet mill-isptar: