Filmat: Jieħdu sorpriża meta tasal oħthom addottata

Dan hu l-mument li missier u omm minn Texas taw sorpriża lill-uliedhom meta waslu d-dar bit-tarbija addottata.
Kasi u Shane Pruitt minn Rowlett, kien ilhom ix-xhur jistennew li jaddottaw il-ħames wild. Ġara li meta waslet it-telefonata ta’ konferma, il-proċess tant kien mgħaġġel, li ddeċidew li jagħtu sorpriża lit-tfal bil-wasla ta’ oħthom il-ġdida.
Il-filmat juri l-mument li l-ġenituri jidħlu fil-kċina bit-tarbija f’idejhom.
It-tifla ta’ 11-il sena Raygen tinfaqa’ tibki malli tara lill-oħtha ż-żgħira għall-ewwel darba.
Oħtha ż-żgħira ta’ sitt snin, Harper tinstema’ ssaqsi jekk din kinitx ċajta.
L-aħwa bniet jidhru jaqbżu bil-ferħ u l-eċitament, sakemm il-kbira tinfaqa’ tibki.
Il-ġenituri jispjegaw li l-proċess kien mgħaġġel ħafna u ma kellhomx iċ-ċans ikellmu t-tfal qabel ġabru t-tarbija.
Minbarra ż-żewġt ibniet, il-koppja għandha żewħ subien addottati. Il-ġenituri qalu li jħossuhom ixxurtjati li t-tfal kellhom din ir-reazzjoni għall-wasla ta’ oħthom iż-żgħira.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=lOlQebAe3qw]