​Filmat: Jidħlu jiġġieldu fl-MCAST

Dalgħodu, erba’ tfajliet daħlu jiġġieldu fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid u ħadd ma waqqafhom.
Il-filmat ta’ tliet tfajliet isawtu tfajla oħra qed idur fost l-istudenti li għadhom ma jistgħux jifhmu x’seta’ ġara.
Studenti ma’ Newsbook.com.mt esprimew ix-xokk tagħhom li ħadd minn dawk li kienu jħarsu lejn it-tfajliet jiġġieldu, ma ppruvaw iwaqqfuhom.
Kelliema għall-MCAST qalet ma' Newsbook.com.mt li se tittieħed azzjoni dixxiplinari kontra l-istudenti kkonċernati.