Filmat: Jiddiskutu l-qtil ta’ Bettina

Fl-episodju tal-lejla tas-sensiela L-Għarusa se naraw lil Diego jkompli jfittex lil missieru. Jidher determinat li jipprova jara x’jista’ jagħmel iktar.

Fenech Lauri jipprova jiskopri dwar il-passaġġi li kelmu dwarhom Abela u jmur jistaqsi lil xi nies jekk jafux dwarhom. Franka u Marie jiddiskutu l-qtil ta’ Bettina. Amelia tmur iżżur lil Bert u tgħidlu li sabet l-imħabba ta’ ħajjitha.

Franġisk u Marie isiru l-aqwa ħbieb waqt li Ġiovann jiġġieled ma’ martu Marie dwar l-imġieba tagħha.

L-Għarusa jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM. Is-sensiela għandha kitba ta’ Audrey Brincat Dalli bi produzzjoni ta’ SharpShoot Media.