Aġġornata: Jitniżżlu 29 katavru mid-dgħajsa

29 katavru tniżżlu minn fuq id-dgħajsa mill-Protezzjoni Ċivili għall-ħabta tas-13:00. Il-katavri ttieħdu fil-kamra mortwarja, bl-awtopsji mistennija jsiru fil-jiem li ġejjin.
Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.
81 immigrant irregolari waslu Malta, 68 minnhom irġiel.

Aktar kmieni
Aktar kmieni waranofsinhar bdew jitniżżlu l-ewwel katavri tad-19-il immigrant li mietu fuq id-dgħajsa fil-baħar tal-Mediterran matul il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda. 
Kien għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu meta l-Forzi Armati ta’ Malta daħħlu f’Xatt it-Tiben id-19-il katavru.