Filmat: Jibdew jingħataw it-tilqima l-anzjani ta’ ‘l fuq minn 85 sena

Illum fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta u Għawdex bdew jitlaqqmu l-anzjani ta’ ‘l fuq minn 85 sena li jgħixu fid-djar tagħhom.

Illum fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar #Malta u #Għawdex bdew jitlaqqmu l-anzjani ta’ ‘l fuq minn 85 sena 👴👵 li jgħixu fid-djar tagħhom. Dan huwa l-appell tagħhom.

Posted by Chris Fearne on Thursday, January 14, 2021

Illum bdiet tingħata t-tilqima tal-Covid-19 lill-anzjani ta’ ‘l fuq minn 85 sena fiċ-ċentri tas-saħħa.

Fil-filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, jidher li l-konkorrenza kienet waħda tajba. L-anzjani li ħadu t-tilqima ħeġġew lill-anzjani oħra biex jagħmlu dan.

Huma esprimew tama f’dan il-vaċċin biex ikunu jistgħu jergħu jingħaqdu mal-qraba tagħhom u d-dinja kollha tkun meħlusa minn dan il-virus.

Malta bdiet tqassam it-tilqima kontra l-Covid-19 fis-27 ta’ Diċembru li għadda wara li l-ewwel konsenja walet f’Malta l-għada tal-Milied.

Il-vaċċin ta’ Pfizer u BioNTech ġie approvat mill-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Diċembru li għadda.