Filmat: Jibda l-ġbid fuq it-tieni staġun ta’ L-Għoġol tad-Deheb

Ritratt: Facebook

Wara s-suċċess tal-film fiċ-ċinema, kif ukoll tal-ewwel staġun tas-serje televiżiva l-Għoġol tad-Deheb, aktar kmieni llum beda l-ġbid tat-tieni staġun.

L-istorja tkompli hekk kif il-protagonista Pia ssir taf lil Jaden, iben kollega taz-Zija Rita, jmur jgħix fl-istess dar sakemm ommu tagħmel operazzjoni. Fl-istess żmien Pia tagħmel ħbieb ma’ Margerita.

L-avventuri jibdew bl-għibien ta’ żewġt itfal, u waħda minn dawn tkun ratha Pia proprju qabel sparixxiet.

X’inhu jiġri?

Neve Mansueto, Gabriel Borg, Yanika Camilleri, Amber Mansueto, Tonio Vella, Henry Zammit Cordina, Christabelle Scerri u Deandra Agius, huma fost l-atturi protagonisti f’din is-serje ta’ drama b’kitba ta’ Ruth Frendo, li qed tipproduċi din is-sensiela ma’ Charlo C Bonnici.

Il-puntati l-ġodda se jibdew fuq ONE minn Ottubru filwaqt li matul is-sajf qed jixxandru mill-ġdid il-puntati tal-ewwel staġun.

AQRA: Avventura għat-tfal fix-xhur tas-sajf