Filmat: Jibda jitlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-PN

Filmat: Jibda jitlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-PN L-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista reġa’ tlaqqa’ llejla biex jiddiskuti l-qagħda politika. Diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista dehru deħlin għal-laqgħa għall-ħabta tas-6.30pm iżda ma taw l-ebda kummenti. Mistoqsi jgħid jekk il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ngħatax xi tip ta’ ultimatum, id-Deputat Parlamentari Ryan Callus qal li huwa jkun favur kull proposta li ġġib l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tiegħu, id-Deputat Mario Galea qal li jekk ikun hemm xi kummenti x’jingħaddu dwar il-laqgħa tal-Eżekuttiv dawn isiru x’ħin tintemm mill-uffiċjali tal-Partit. Kien hemm ukoll xi ċapċip minn dawk preżenti mal-wasla tad-Deputat Carm Mifsud Bonnici. Kompli segwi Newsbook.com.mt għal aktar aġġornamenti.

Read in English.

Filmati: Monique Agius