Filmat: Jgħodduha b’waħda taħt il-mina ta’ Santa Venera!

Sitt sewwieqa ta’ muturi u l-passiġġiera tagħhom, jistgħu jgħodduha b’waħda meta skidjaw minħabba żejt taħt il-mina ta’ Santa Venera.
Fi-filmat, li qed idur fuq il-midja soċjali, jidhru għadd ta’ sewwieqa ta’ muturi jiskidjaw u għal ftit ma jispiċċawx taħt il-karozzi li nzertaw għaddejin minn ħdejhom.
Fil-kumment, li qed jakkumpanja l-filmat, wieħed mis-sewwieqa spjega li f’temp ta’ tliet minuti, wara li skidja hu wkoll, spiċċaw tkaxkru 6 sewwieqa oħra.
Din ma kinitx l-ewwel darba li sewwieqa ta’ muturi skidjaw taħt il-mina ta’ Santa Venera.
F’Mejju li għadda, Newsbook.com.mt xandar filmat ta’ sewwieq ta’ mutur jiskidja minħabba żejt li kien imxerred fid-daħla tal-mina.

Jekk ikollok filmat jew ritratt u tridna ninvestigaw ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt

Filmat: David Schembri