Filmat: Jerħulha għal Għawdex għall-Imnarja

Read in English.

Kju twil ta’ karozzi nġemgħu fiċ-Ċirkewwa fl-aħħar ftit minuti.

Hekk kif għada Malta tiċċelebra waħda mill-festi pubbliċi, bil-festa tal-Imnarja, ħafna rħewlha lejn Għawdex biex jiċċelebraw din il-festa u jqattgħu tmiem il-ġimgħa fil-gżira Għawdxija.

Fil-ħin li rċivejna l-filmat kien għadu ma hemmx preżenza tal-Pulizija biex jiggwidaw lill-karozzi u minħabba f’hekk għadd ta’ karozzi tal-linja kellhom jieqfu jistennew fil-kju. Dan b’kuntrarju ta’ x’jiġri f’okkażjonijiet oħra fejn karreġġjata waħda tkun riservata għall-kju tal-vapur u l-oħra tibqa’ miftuħa għat-trasport pubbliku.