Filmat: Jerġgħu jiltaqgħu wara li l-coronavirus firdithom

Seniors Reunited

Walter and Jean have been married for 70 years.Jean is 89 years old and lives in a nursing home. Walter is 91.Because of the lockdown, they couldn't see each other. Jean used to cry everyday.This is the moment they were reunited.This is LOVE.♥♥

Posted by Goodable on Thursday, May 21, 2020

Kellha tkun il-coronavirus li tifred lill-koppja Walter u Jean Willard li jgħixu fi New York City fl-Istati Uniti. Huma ilhom miżżewġa għal dawn l-aħħar 70 sena u baqgħu inseparabbli. Minħabba l-problemi f’saħħitha Jean ilha għal ftit xhur mhux ħażin tgħix f’dar għall-kura iżda din tinsab biss kantuniera ‘l bogħod mir-residenza fejn hija għexet għal snin twal ma’ żewġha.

L-imħabba ta’ din il-koppja baqgħet b’saħħitha u ma tgħaddix ġurnata waħda li hu ma jkunx qiegħed iżur lil martu matul il-ġurnata.

Iżda minħabba fil-coronavirus Jean u Walter kellhom iqattgħu bosta ġimgħat mifrudin, xi ħaġa li tul is-snin kollha li ilhom miżżewġa qatt ma għamlu.

Proprju din i-ġimgħa reġgħu ltaqgħu u qabdu idejn xulxin kif ukoll ma naqsux milli jbusu lil xulxin.

Il-filmat, li wkoll qiegħed f’din il-paġna, beda jdur waħda sew fuq il-midja soċjali u ma naqasx milli jiġbed l-ammirazzjoni ta’ eluf ta’ persuni madwar id-dinja.

FIlmat: Wendy Willard permezz ta’ Goodable