Filmat: Jerġgħu jiltaqgħu wara 37 sena

E.T. The Extra Terrestrial tal-1982 hu wieħed minn dawk il-films li baqgħu popolari sal-lum. Ħafna dejjem xtaqu li xi darba Steven Spielberg jaħdem is-sequel iżda dan qatt ma seħħ.

Iżda reklam li nħareġ dan l-aħħar u li kien intitolat A Holiday Reunion, E.T. jerġa’ lura fid-dinja tagħna. Mingħalih li reġà ltaqa’ ma’ Eliott iżda fil-fatt dan mhu ħadd għajr iben Eliott.

U kif mistenni jitfaċċa mill-ġdid Eliott, issa bħala raġel. Fir-reklam jinterpretah proprju Henry Thomas li fl-1982, meta kellu 11-il sena, kien ħadem il-parti fil-film oriġinali.

Illum Thomas għandu 48 sena u bla dubju li lanqas hu qatt ma kien qed jistenna li xi darba kellu jerġa’ jiltaqa’ ma’ E.T.

Ir-reklam ta’ XFinity għall-Milied 2019  jidher li niżel tajjeb madwar id-dinja kollha… u bla dubju qanqal il-memorja ta’ bosta u l-film ta’ E.T. jista’ jkun fost l-aktar imfittxija matul il-festi ta’ din is-sena.