Filmat: Jerġa’ jsib l-imħabba

#Stayhome #Staysafe #watchsibtek - Is-Sibt li gej fuq TVM 💙

Posted by Sibtek on Monday, March 16, 2020

Illum waqt il-programm Sibtek ħafna personalitajiet jitkellmu kif ġew affetwati mill-coronavirus imma fuq kollox ma jonqsux l-istejjer fosthom Elaine Sammut titkellem fuq ir-relazzjoni mal-eks raġel tagħha wara li għaddiet mis-seperazzjoni.

Waqt Sibtek ukoll illum naraw il-kantant Kevin Borg li jitkellem fuq kif reġa’ sab l-imħabba wara żmien diffiċili.

Ritratt: Facebook/KevinBorg

Abigail Mallia ukoll għandha ħafna xi tgħid, fosthom iż-żmien li għaddejja minnu. Il-koppja ta’ atturi Clayton Pace u Lenies Gauci jitkellmu fuq il-wild ġdid tagħhom Noah.

Ryan u Josmar bi studjo mingħajr udjenza minħabba prekawzjonijiet sanitarji, imma żgur li l-udjenzi se jkunu qed jiżdiedu minn dawk li se jsegwu mid-dar.

Sibtek jibqa’ jżommilkom kumpannija tajba f’dawn iż-żminijiet u jixxandar fuq TVM fis-12.45pm.