Filmat: “Jerġa’ jasal iż-żmien meta nerġgħu nitgħannqu”

#pleasestaysafe #watchsibtek #sibtek

Posted by Sibtek on Monday, March 30, 2020

Illum Ryan u Josmar b’edizzjoni differenti tal-programm Sibtek fejn se nsegwu kif qed iqattgħu l-ħin tagħhom fid-dar bosta personalitajiet Maltin u Għawdxin. Dan se jsir permezz ta’ kollegament mid-dar tagħhom.

Se naraw min jinsab rilassat u min jinsab fuq ix-xwiek. Imma kulħadd b’messaġġ wieħed biex kulħadd jibqa’ ġewwa.

Fost il-ħafna li fl-edizzjoni tal-lum se jwasslu messaġġ insibu lil Ben Camille, Claudia Faniello, Petra, Ludwig Galea, Frida Cauchi, Jes Sciberras, Amber, Glen Vella, Aaron Fenech, Maronia u Lawrence Gray, Tiziana Calleja.

Ma jonqsux diversi vidjows li ntbagħtu mit-telespettaturi u ħafna aktar kurżitajiet waqt Sibtek.

Il-programm jixxandar illum is-Sibt fuq TVM għall-ħabta tas-12.45pm.