Filmat: “Jekk vera tħobbu lil Malta ibqgħu ġewwa” – Tony Camilleri

Posted by Tony Camilleri on Sunday, March 22, 2020

Posted by Tony Camilleri on Sunday, March 22, 2020

Tony Camilleri “L-Għannej” illum reġa’ għamilha. Ġimgħa wara li allegra l-ġirien tiegħu llum reġa’ ħareġ fil-gallarija ferm aktar preparat mill-ġimgħa l-oħra fejn wassal diversi kanzunetti popolari waqt li wkoll l-ġirien akkumpanjawh ukoll fil-kant.

Camilleri sellem ukoll il-memorja ta’ Sammy Bartolo hekk kif kanta s-silta Riviera Blu.

Bejn kanzunetat u oħra L-Għannej qal li biex ma jarax il-ħin għaddej illum il-ġurnata mhux qed jilbes arloġġ.

Wara li hu kanta What A Wonderful World, huwa kanta wkoll is-silta Viva Malta filwaqt li appella lil dawk kollha li kienu qed isegwuh fil-madwar u anki permezz ta’ Facebook li jekk tassew iħobbu lil Malta għandhom jibqgħu ġewwa.

Grazzi Tony Camilleri talli għal darb’oħra allegrajt il-ġirien tiegħek f’Marsaskala u fl-istess waqt żammejt kumpanija lil kull min segwik fuq Facebook.