Filmat: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni.”

Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistiedna ta’ George Cassar huma Fr Josef Mifsud u l-attriċi u preżentatriċi Angele Galea.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 5, 12-16

Darba Ġesù kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih il-lebbra marritlu.

Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosè, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt”. Il-fama tiegħu bdiet aktar tixtered, u folol kbar ta’ nies kienu jmorru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.