Filmat: Jekk tħobb tagħmel id-dwiefer, din għalik

Kulħadd kemm in-nisa huma ossessjonati dwar id-dehera tagħhom. Uħud idumu siegħat twal jippreparaw jipperfezzjonawha. Madanakollu jidher li żdiedet l-ossessjoni fejn jidħlu d-dwiefer, hekk kif dejjem naraw disinji u kuluri ġodda li jieħdu post id-dwiefer naturali.

Jidher li issa ħarġet fis-suq magna ġdida li tkun tista’ tiddisinja u tagħmel id-dwiefer inti stess mingħajr spejjeż żejda u fl-iqsar ħin possibli. Permezz tal-magna O’2 wieħed jista’ saħansitra jiddisnja fuq l-uċuh tal-familjari jew maħbubin fuq dufrejhom.

Din il-magna taqbad ma’ app fuq l-iPhone u permezz tal-app tkun tista’ tibgħat lill-magna kwalunkwe disinn jew ritratt li tixtieq li jkollok fuq id-dwiefer, mingħajr limitazzjonijiet.

Bħalissa din il-magna tiswa madwar €800, madanakollu hu previst li fis-snin li ġejjin il-prezz tagħha mistenni jinżel drastikament. Inti kieku tippreferi tużaha minflok tmur għand beautician?