Filmat: Jekk tagħraf lil dan ir-raġel irrapporta lill-Pulizija

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri raġel jipprova jiżgassa magna tal-flus f’pompa tal-petrol f’Ħal Għaxaq.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li s-serqa saret fil-lejl ta’ bejn is-6 u s-7 ta’ Lulju fi Triq Għar Dalam.
Spjega li s-sid tal-pompa tal-petrol sab ħames magni bil-bibien żgassati. Żied jgħid i jidher li l-ammont ta’ flus misruqa mhux kbir.
Min jagħraf lir-raġel huwa mitlub li jirrapporta lill-pulizija.