Filmat: Jekk se tixrob, issuqx!

Hekk kif minn hawn xahrejn oħra jerġa’ jasal Jum il-Milied, il-Pulizija ta’ Malta qed ifakkru lill-pubbliku biex igawdu u jiċċelebraw b’mod responsabbli.
Fuq il-paġna ta’ Facebook The Malta Police Force, il-Pulizija reġgħu poġġew filmat li kienu ppubblikaw fis-sena 2013. Dan il-filmat jispiċċa bil-kliem “u x’jiġri jekk ma jkollokx it-tieni ċ-ċans?”
L-għan tal-filmat hu li tinħoloq kuxjenza soċjali dwar l-importanza li jekk wieħed jixrob ħafna, ma jsuqx, għax ikun qed jipperikola kemm il-ħajja tiegħu kif ukoll ta’ dawk ta’ madwaru.