Filmat: Jekk se tixrob, aqbad taxi – Il-Pulizija

Il-Pulizija ħarġu filmat ta’ żmien il-Milied biex iqajmu kuxjenza fuq l-importanza li wieħed jixrob l-alkoħol b’mod responsabbli fi żmien il-festi, jew biex jekk jixrob, ma jsuqx.

Fil-filmat, tidher l-atmosfera brijuża ta’ dawn iż-żminijiet b’ġuvni jixrob ma’ sħabu. Malli l-ġuvni jirfes l-għatba ta’ barra u joħroġ iċ-ċavetta tal-karozza mill-but, jitfaċċaw ħafna vetturi u uffiċjali tal-Pulizija, bil-ġuvni jidher panikuż malli jilmaħhom u jilmaħ il-manetti, bħallikieku qiegħed jara x’hemm jistennieh fil-futur jekk isuq xurban.

Il-filmat jintemm fuq nota pożittiva għax il-ġuvni jiddeċiedi li jaqbad taxi minflok isuq hu, għalhekk jevita kull inkwiet.

Kun responsabbli dan il-Milied. Jekk se tixrob, issuqx.