Filmat: Ara x’qed jirnexxielha tagħmel Jeanesse

And I did it again 😊😊while Dora always in the middle to help lol, 😁😉😘☺️👍👍

Posted by Jeanesse Abela on Wednesday, December 2, 2020

Filwaqt li llum il-Ħamis 3 ta’ Diċembru jiġi mfakkar il-Jum Dinji tad-Diżabilita, ħassejna li naqsmu mal-qarrejja filmat li ttella’ fl-aħħar sigħat minn Jeanesse Abela, li għandha celebral palsy u li f’dawn l-aħħar ġimgħat bdiet tagħmel bosta sfidi biex tagħmel affarijiet weħidha.

Today's challenge is to wear my hoodie on my own 😏😊😍

Posted by Jeanesse Abela on Tuesday, December 1, 2020

Fost l-affarijiet li Jeanesse għamlet hemm li taħsel weħidha l-kelba Dora, tilbes il-gakkketta weħidha, tqum minn fuq is-siġġu tar-roti u tpoġġi fuq bank u saħansitra timxi.

Today's challenge is to sit on the bench from my wheelchair and back. 🔙♿😊😉😎

Posted by Jeanesse Abela on Monday, November 30, 2020

Għamlet ukoll sfida fejn waqqgħet il-mobile mal-art, niżlet minn fuq is-siġġu, ġabritu, u wara reġgħet poġġiet fuq is-siġġu tagħha.

today's challenge is to pick up the mobile phone from the floor 📱😉😊

Posted by Jeanesse Abela on Friday, November 27, 2020

Lil Jeanesse konna rajnieha wkoll taħdem fis-sensiela Division 7, madanakollu l-filmati li hija qed ittella’ minn żmien għall-ieħor fil-paġna tagħha juru mhux biss determinazzjoni iżda huma ta’ inspirazzjoni għal ħaddieħor.