Filmat: Jeanesse tibda s-sena l-ġdida b’aktar passi mis-soltu

L-attriċi Jeanesse Abela bdiet is-sena l-ġdida b’aktar passi mis-soltu.

Ftit xhur ilu, hija bdiet tisfida s-cerebral palsy billi bdiet timxi. Illum xerrdet filmat mas-segwaċi tagħha biex turihom li hija qed jirnexxilha timxi aktar mis-soltu.

Jeanesse kienet irreċtat fis-sensiela Division 7.

Il-filmati li hija ttella’ minn żmien għall-ieħor fil-paġna tagħha mhux biss juru determinazzjoni, iżda huma ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor.