Filmat: Jaraw il-livestream tal-Imnajdra 39,000 darba

denis-sulta-imnajdra

Intwera s-set tad-DJ Dennis Sulta barra t-Tempji tal-Imnajdra. Dan is-set rawh 39,000 darba fuq Facebook, u l-ewwel kumment li jidher huwa link għal sit b’tagħrif dwar it-tempji.

L-avveniment kien ħoloq ħafna kontroversja. Ħafna nies kienu taħt l-impressjoni li kien se jsir party ppjanat mill-kumpanija District. B’hekk, bdiet petizzjoni kontra party f’sit storiku.

Denis Sulta at Mnajdra Temples Malta | District x Mixmag

Denis Sulta at the 5,600-year-old Mnajdra Temple in Malta for a 60-minute showcase hosted by District and VisitMalta .

Posted by Mixmag on Tuesday, September 17, 2019

Il-Heritage Malta, minn naħa tagħha, kienet spjegat li l-avveniment se jsir barra l-Imnajdra mhux fit-tempji stess, u li huwa avveniment ta’ live streaming ta’ siegħa u mhux party. Minn naħa tagħha, District kienet iddeċidiet li ħadd m’hu se jattendi l-avveniment wara l-kontroversja, minkejja li kienet stiednet 60 ruħ b’mod esklussiv.

Aqra: “L-Imnajdra mhux sit għall-parties”; “Mhux se jsir party”

Is-set ta’ siegħa tellgħuh kumpanija ta’ mużika elettronika magħrufa madwar id-dinja, Mixmag. Din għandha 1.6 miljun persuna isegwuha fuq Facebook, u 1.2 miljun persuna isegwuha fuq Youtube.

Minn naħa tiegħu, Sulta tella’ filmat fuq Instagram u qal li r-relazzjoni t’imħabba tiegħu ma’ Malta kienet waħda li ġabitlu ħafna ferħ.