Filmat: Jaqsam 2,000 mil fi ftit sigħat biex jara t-twelid ta’ bintu

Bla dubju t-twelid tat-tfal hu mument li kull ġenitur ikun jixtieq jara. Id-direttur Amerikan Casey Neistat mhux eċċezzjoni.
Meta Casey rċieva l-aħbar li martu kienet biss ftit minuti ‘l bogħod milli twelled, hu kien 2,000 mil ‘il bogħod, jiġifieri ftit inqas mid-distanza li hemm bejn Malta u l-Iżvezja.
Minkejja dan, Casey ma ħallix il-vjaġġ jaqtgħalu qalbu u rnexxielu jasal fil-ħin biex jara t-twelid ta’ bintu.
Sabiex wasal, Casey kellu juża kull forma ta’ trasport, fosthom ajruplan, taxi u skateboard.
Fortunatament għal kull min qed jaqra din l-aħbar, Casey żamm filmat ħelu ta’ din l-avventura li kellu. Casey qal li “Naħseb jien l-unika missier fl-istorja li uża skateboard biex imur l-isptar jara lil bintu titwieled.”
Bla dubju, it-twelid ta’ bintu Francine se jkun twelid li l-ġenituri tagħha qatt mhuma se jinsew!